Friday, May 3, 2024

Illum tingħata l-aħħar tislima lil Ray Bone

Aqra wkoll

Minn hawn u ftit ħin ieħor, għall-ħabta tat-3:30 p.m., ser tingħata l-aħħar tislima lill-attur Malti Ray Bone, fil-Knisja Arċipretali ta’ San Filep f’Ħaż-Żebbuġ.

Bone se jibqa’ mfakkar minn bosta għad-diversi karattri li interpreta fix-xena lokali matul is-snin, fosthom: f’Dun Benit, f’Santa Monika, f’Evanġelisti, f’Deċeduti, f’One Star Hotel, u l-aktar karattru riċenti dak ta’ Dun Mundu f’Nostalġija.

Minbarra li kien intiż fix-xena tad-drama televiżiva, huwa kellu għal qalbu wkoll il-futbol, fejn kien saħansitra plejer mal-Valletta FC.

Sport