Illum wasalna d-dar , wara 8 t’ijiem ta’ qtigħ ta’ qalb kbira li il- familja mintix se taraha iktar. Min iġarrab ikun jaf. Grazzi tal messaġġi ta’ kuraġġ mingħand l-għeżież ħbieb ,kien hemm mesaggi li jweġġawk ukoll iżda ngħidilhom j’Alla ma tgħaddux min dan.
NIXTIEQ nirringrazzja tal-għajnuna kbira li rċievejna mingħand l- ambaxxatriċi ta’ Dubai Maria Camilleri Callejja u lil Patricia li għenuna kemm felħu lejl u nhar u li baqgħat sakemm assigurat li tlajna fuq l-ajruplan.
GRAZZI lil Prim Ministru Robert Abela, lil Ministru Ian Borg li ċemplilna kontinwu u sa qabel tlajna fuq l-ajruplan bagħtilna jekk hux kollox sewwa, il-Ministru Julia Farrugia tal-voice mails li għamlet magħna.
Nirringrazja ukoll lill Kap ta l oppozizjoni Alex Borg, lil Toni Bezzina li għinna ħafna u team ta’ Roberta Metsola. Grazzi għal individwi, ħbieb Maltin li għinuna kemm felħu u li bis-saħħa tagħhom stajna nikomunikaw ma’ dawn in nies.
Grazzi Grazzi u Grazzi
– il-mesaġġ ta’ Josette Schembri



