Saturday, December 21, 2024

“Ilna mill-4.00pm f’Campo De Greca biex għada naraw lil Papa Franġisku”

Pellegrini Maltin se jagħmlu lejl barra hekk kif qegħdin jattendu għal Jum Dinji taż-Żgħażagħ

Aqra wkoll

“Ilna f’Campo De Greca mill-4.00pm biex sibna post tajjeb ħalli għada nkunu nistgħu nsegwu l-quddiesa ta’ Papa Franġisku li se jqaddes għal Jum Dinji taż-Żgħażagħ” li qed isir fil-kapitali Portugiża Lisbona.

Hekk stqarrew magħna wħud mill-pellegrini Għawdxin li qegħdin jagħmlu din il-mixja ta’ fidi u fl-istess ħin jagħmel esperjenza unika għal Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

“Għalkemm ħafna xemx u sħana hawn atmosfera tassew sabiħa bi spirtu żagħżugħ. Kulħadd qed isib post fejn se jgħaddi l-lejl li ġej biex għada fid-9.00am nilqgħu lil Papa Franġisku f’fostna. Illejla għadna velja fl-istess Parque Tejo,” stqarret żagħżugħa ma’ Talk.mt.

Mistoqsija jekk jinstabu f’pożizzjoni tajba biex igawdu u jaraw lil Papa Franġisku ż-żagħżugħa Għawdxija qalet li “hawn baħar ta’ nies. Parque Tejo huwa kbir immens. Kulħadd għandu ż-żona ta’ fejn joqgħod u aħna l-Maltin u l-Għawdxin qegħdin kollha flimkien. Il-palk fejn se jkun hemm il-Papa huwa ħafna ‘l bogħod, iżda l-atmosfera li hawn hija xi ħaġa li ma tistax tispjega.”

Hu stmat li għal Jum Dinji taż-Żgħażagħ se jattendu madwar 3 miljun persuna.

Ekonomija

Sport