Monday, December 9, 2024

“Ilna nistennew l-waqfien mill-ġlied……imma issa qed tirrenja l-konfjużjoni u l-weġgħat”- Tijasar

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Ilqajna l-aħbar li l-ġlied fil-Libanu waqaf u miegħu se jieqfu l-attakki. Il-kummenti tiegħi dwar dan? Ma nafx x’naqbad ngħid eżatt. Hi ta’ serħan ir-ras li se jieqfu l-attakki. Konna ilna nistennew dan il-waqfien mill-ġlied. Fl-aħħar se nirritornaw għal ħajja normali. Xejn imma mhu qed jinħass normali għalina wara din il-qerda li esperjenza fl-aħħar ġimgħat”.

Dawn kienu l-kummenti li għadd  Tijasar lil L-ORIZZONT, raġel li bħal ħafna oħrajn esperjenza l-kruha tal-attakki li kienu qegħdin isiru fuq il-Libanu. Jgħidilna li “se nżomm kawtela. Nittama li l-waqfien ma jkunx għal perjodu qasir. Nittamaw li nibqgħu ngħixu ħajjitna fil-kwiet.”

Nistaqsuh kif kienet ħajjithom fl-aħħar ġimgħat u jgħidilna li “tqum filgħodu u tistenna li minn ħin għal ieħor tinħareġ l-ordni ta’ evakwazzjoni. Inċert il-ħin kollu. Tqum filgħodu u tisma’ l-isplużjonijiet tal-bombi. Minn moħħok jgħaddi elf ħsieb. Fejn laqtu? Min miet? Tħoss nifs li waqfu l-attakki, imma issa qed tirrenja l-konfużjoni u hemm il-weġgħat. Intilfu ħafna ħajjiet. Hemm familji imkissra. Nittamaw issa qegħdin li nerġgħu nirritornaw għal ħajjitna. Il-futur jibqa’ inċert.”

Jgħidilna li “l-poplu Lebaniż ingħaqad quddiem dawn l-attakki. Ingħaqadna biex innaqqsu l-effett ikrah tal-attakki. Għenna lil xulxin. Lil dawk li spiċċaw bla saqaf. Għenna lil dawk li kellhom nuqqas ta’ ikel. Is-solidarjetà bejnietna kienet qawwija.”

Ngħid li “t-triq ‘lquddiem mhix faċli. Nibqgħu nittamaw. Qed ngħid dan għax sa ftit minuti qabel daħal fis-seħħ il-ftehim, esperjenza attakki qawwija. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport