Fl-aħħar, illum se jiġi żvelat l-ewwel parti, mill-istaġun il-ġdid, ta’ La Casa De Papel. Dan magħruf aħjar fost il-Maltin bħala Money Heist, l-istess serje iżda bil-verżjoni Ingliża u mhux bl-Ispanjol, bħall-oriġinali.
Wara tant stennija, il-pubbliku se jkun jista’ jgawdi l-ewwel ftit episodji tal-ħames staġun, l-aħħar staġun ta’ dan is-serje tant popolari. Minkejja li diversi segwaċi madwar id-dinja kienu xxukjati li dan mhux se jkompli, wieħed mill-awturi ta’ Money Heist saħaq li l-istorja kienet tidher li waslet fit-tmiem tagħha, b’mod naturali.
Ftit ta’ xhur ilu, waqt intervista, saħaq, “l-adrenalina hija fid-DNA ta’ Money Heist, kull 30 sekonda, se jiġri xi ħaġa ki jfixkel il-karattri. Ilna xhur naħdmu biex naraw kif se jkissru l-karattri … kif se noħolqu sitwazzjonijiet irriversibbli … dak huwa il-ħames staġun.”