Wednesday, October 9, 2024

Covid-19: Aktar fejqan milli każi ġodda

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,439 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 42 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 55 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi niżlu għal 691.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 37 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm żewġ persuni li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet baqa’ 441 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa  ma ġiet reġistrata l-ebda met relatata.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-Ħamis ingħataw total ta’ 798,068 doża. Minn dawn 414,557 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 413,282 persuna huma mlaqqma kompletament.

Sport