Friday, November 15, 2024

Imfakkar massakru ta’ 3,000 persuna … Il-maġġorparti tagħhom kienu nisa u tfal

Aqra wkoll

“Illum nikkommemoraw il-Jum Ewropew tat-Tifkira tal-Olokawast ta’ Ruma u nfakkru l-eluf ta’ vittmi. 78 sena ilu, nhar it-2 ta’ Awissu 1944, 3,000 Rumani, li maġġorparti tagħhom kienu nisa u tfal, inqatlu brutalment fil-lejl ikrah tal-Auschwitz-Birkenau. Dan l-avveniment terribbli huwa ċ-ċentru tal-Istorja tal-olokawst ta’ Ruma fejn il-mibgħeda, l-isfruttament u l-istigma taw lok għal qtil tal-massa. Huwa fundamentali li nfakkru l-vittmi ħalli nagħtuhom il-ġieħ mistħoqq u biex nassiguraw li atti kriminali bħal dawn ma jerġgħux iseħħu”. 

Dan kien il-messaġġ qawwi li għamlet is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, Marija Pejcinovic Buric, ilbieraħ f’dan il-jum ta’ tifkira partikolari. Hija qalet li f’dan il-jum il-komunitajiet f’Ruma għadhom jiffaċċjaw sfidi f’ħafna mill-partijiet tal-kontinent tagħna minħabba konflitt etniku magħruf bħala “antigypsysim”, forma ta’ razziżmu bl-ideoloġija ta’ superjorità razzjali.

Ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu u l-antigypsyism

Pejcinovic Buric sosntiet li l-Kunsill tal-Ewropa se jkompli jaħdem fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu u l-antigypsyism u bħala eżempju ġabet dak li minn Mejju ta’ din is-sena, l-istati membri adottaw ir-“Rakkomandazzjoni fil-Ġlieda tal-Kliem ta’ Mibgħeda” (hate speech). Din tipprovdi linji gwida lill-awtoritajiet nazzjonali u msieħba soċjali importanti dwar kif jadottaw miżuri kemm legali u oħrajn le biex jindirizzaw din l-isfida li dejjem qiegħda tikber u tevolvi.

Is-Segretarju Ġeneral tal-Kunsill tal-UE żiedet tgħid li fost miżuri oħra hemm edukazzjoni fil-kurrikulu tal-Istorja ta’ Ruma kif ġraw verament il-fatti u dettalji dwar it-traġedji li kellu jiffaċċja l-poplu Ruman. Hija wegħdet li l-ħidma tal-Kunsill Ewropeew hija dik li dan il-Jum jibqa’ jiġi mfakkar u nsistiet li huma kommessi li n-nies ta’ Ruma jkunu rrispettati u trattati b’dinjità, żewġ affarijiet li kulħadd għandu d-dritt għalihom “issa u dejjem”.

Ekonomija

Sport