Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar ħabbret il-membri l-ġodda tal-Kunsill Konsultattiv LGBTIQ+.
Il-Kunsill Konsultattiv LGBTIQ+ hu responsabbli li jagħti pariri, jressaq proposti u anke jassisti lid-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem fi tfassil għall abbozzi ta’ liġijiet dwar il-komunità LGBTIQ+.
Lista kompleta tal-membri l-ġodda hawn taħt:
Chairperson: Clifford Galea Vella
Koordinatur: Gabriella Calleja
Segretarju: Redeemer Fenech
Membri: Ruth Baldacchino
Christopher Vella
Joseanne Peregin
Colette Farrugia Bennett
Claire Azzopardi Lane
Neil Falzon
Kendrick Bondin
Eman Borg
Shaun Azzopardi
Clayton Cutajar
Nicholas Bugeja
Alex Mangion
Mark Grech
Il-Kunsill Konsultattiv ġie mwaqqaf għall-ewwel darba mil-eks-Ministru u Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza Helena Dalli fl-2013.
Is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar tirringrazzja lill-membri li servew fi ħdan il-Kunsill Konsultattiv matul dawn l-aħħar snin u tawgura l-ħidma t-tajba il-Kunsill Konsultattiv il-ġdid li se jkun strumentali f’aktar kisbiet u fl-implimentazzjoni sħiħa tal-iStrategija u Pjan ta’ Azzjoni għall-Ugwaljanza ta’ persuni LGBTIQ+ flimkien mad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem.
Is-Segretarju Parlamentari Cutajar ittenni l-impenn tal-Gvern favur ugwaljanza sħiħa għall kulhadd.