Friday, November 22, 2024

Imħabbra l-mewt tal-President tan-Namibia

Aqra wkoll

Hage Geingob, li kien l-ewwel prim ministru wara l-indipendenza tal-Afrika t’Isfel u l-president tal-pajjiż fl-2014 u fl-2019, miet fl-età ta’ 82 sena wara li ngħata trattament għall-kanċer. Huwa kien l-aktar politiku li dam iservi bħala Prim Ministru ta’ Namibia.

Ftit sigħat wara l-mewt tiegħu, il-Viċi President Nangolo Mbumbia ħa l-ġurament bħala l-President il-ġdid ta’ Namibia. Dan sakemm lejn l-aħħar ta’ din is-sena jsiru elezzjonijiet kemm presidenzjali, kif ukoll dawk tal-assemblea ġenerali. 

“In-nazzjon tilef ikona tal-libertà. In-nazzjon tagħna se jibqa’ kalm u stabbli għax hekk jixraq għax-xogħol li għamel il-President Geingob li kien il-persunaġġ ewlieni li wassal għall-kostituzzjoni tagħna. Nieħu dan ir-rwol bil-piż tar-responsabbiltà li jġib miegħu,” wiegħed Mbumbia.

Geingob kien fit-tieni terminu tiegħu bħala president meta f’Jannar li għadda kien ħabbar li qiegħed jingħata kura għal kanċer. Fid-dettalji li kienu ħarġu dwar saħħet dan il-president, ingħad li d-djanjosi ngħatat wara li f’kontroll ta’ rutina, sarlu biopsy u nstab li għandu ċelloli kanċeroġeni.

Kien l-istess viċi president Mbumba li fi stqarrija wassal l-aħbar kerha liċ-ċittaddini.

Fl-2013 Geingob kien għamel operazzjoni f’moħħu u fl-2023 kien għamel operazzjoni oħra din id-darba f’qalbu. Meta miet huwa kien qiegħed jingħata t-trattament għall-kanċer fl-isptar Lady Pohamba f’Windhoek.

Sport