Wednesday, July 24, 2024

Il-President tal-Latvija bi żjara statali f’Malta

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, bdiet iż-żjara statali tal-President tal-Latvja Edgars Rinkēvičs f’Malta. Dan permezz ta’ laqgħa mal-President ta’ Malta George Vella fil-Palazz ta’ San Anton. 

Waqt it-taħditiet uffiċjali tagħhom, kienu kkonfermati r-relazzjonijiet eċċellenti bejn Malta u l-Latvja. Huma ddiskutew ukoll l-opportunitajiet biex ikomplu jsaħħu dawn ir-relazzjonijiet u qasmu fehmiet dwar kwistjonijiet bilaterali u internazzjonali.

It-tnejn li huma kkundannaw il-gwerra illegali u mhux provokata tar-Russja fl-Ukrajna u ddendunzjaw it-traġedja li qed tiżvolġi ta’ kuljum u s-sitwazzjoni umanitarja mwiegħra f’Gaża.

Fir-rigward tal-migrazzjoni irregolari, il-President Vella enfasizza li Malta għadha mħassba bil-pressjonijiet tal-migrazzjoni mir-rotta tal-Mediterran Ċentrali, biż-żieda sinifikanti fl-iżbarki mis-sena 2020. “Din hija sfida għall-UE u mhux biss kwistjoni għall-ftit Stati Membri l-aktar esposti. Hemm bżonn li jissaħħu l-fruntieri tan-Nofsinhar u niġġieldu t-traffikar ta’ bnedmin u l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin tagħhom,” stqarr il-President.

It-taħditiet iffokaw ukoll fuq it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea fl-isfond tad-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa dwar il-Futur tal-UE.

Ekonomija

Sport