Il-Malta Film Commission ilbieraħ filgħaxija ħabbret in-nominazzjonijiet għall-Malta Film Awards live mill-Malta Film Studios. In-nominazzjonijiet f’kull kategorija għall-ewwel edizzjoni tal-Malta Film Awards ġew imħabbra live fuq Television Malta u l-paġni uffiċjali tal-Malta Film Awards, Television Malta u VisitMalta nhar l-Erbgħa 15 ta’ Diċembru.
F’xandira diretta, il-personalitajiet lokali Andrea Cassar u Xandru Grech ħabbru innominati tat-18-il kategorija. Il-kategoriji tal-Malta Film Awards huma Best Film; Best TV Series; Best Documentary; Best Short Film; Best Director; Best Actor in a Leading Role; Best Actress in a Leading Role; Best Actor in a Supporting Role; Best Actress in a Supporting Role; Best Cinematography; Best Screenplay; Best Post-Production; Best Musical Score; Best Costume Design; Best Production Design; Best Hair & Makeup Design; Best Classic Film; Best Classic TV Series.
Il-lista sħiħa ta’ nominati tista’ tinstab mis-sit uffiċjali tal-Malta Film Awards, www.maltafilmawards.com.
Il-bord tal-ġurija għal dawn it-18-il kategorija huwa kompost minn esperti kemm lokali u kemm internazzjonali.
Fl-istess serata, il-Malta Film Commission ukoll ħabbret it-tnedija tal-Best Maltese Film Location Award. Dan il-premju għandhu l-għan li jirrimarka iż-żoni lokali li intużaw għal bosta produzzjonijiet u li jixirqilhom ġieħ. F’din il-kompetizzjoni nazzjonali, il-kunsillilokali huma mistiedna li jissottomettu sa’ żewġ żoni jew postijiet lokali li ntużaw f’film jew f’serje tat-televiżjoni.
Il-Malta Film Awards se jsir fid-29 ta’ Jannar 2022 fis-Sala tal-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta. Is-serata ser tkun mxandra live fuq Television Malta flimkien ma’ partners internazzjonali.