Friday, December 13, 2024

Imħallef jordna biex pazjent bil-Covid-19 jingħata mediċina li tintuża kontra l-parassiti fiż-żwiemel u l-baqar

Aqra wkoll

Imħallef f’Ohio ordna lil sptar biex jitratta pazjent marid bil-Covid-19 bil-mediċina Ivermectin. Dan minkejja li hemm twissijiet minn esperti  li din il-mediċini li tintuża fuq l-annimali, mhix pruvata li hi effettiva kontra  l-virus u saħansitra hi perikoluża jekk tittieħed f’dożi qawwijin.

Gregory Howard, imħallef minn Butler County li tinsab f’Cincinnati, ordna lit-tobba fl-isptar ta’ West Chester biex jamministraw l-Ivermectin lil Jeffrey Smith, pazjent marid bil-Covid-19 li għandu 51 sena.

Hu kien ġie infettat bil-virus f’Lulju li għadda u kien spiċċa fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Martu iddikjarat li “żewġi jinsab fuq l-għatba tal-mewt. M’għandux għażliet oħra.”  Tabib li ma jaħdimx f’dan l-isptar kien lest li jagħti din id-droga lil dan il-pazjent.  Ġara imma li t-tobba tal-isptar ma kienux lesti li jtuhielu. 

Hu fetaħ proċeduri fil-Qorti u l-imħallef ordna li l-pazjent jingħata l-mediċina ivermectin, mediċina li normalment tintuża għaż-żwiemel u l-baqar għal kontra l-parassiti. 

L-FDA fl-Istati Uniti kienet wissiet li jekk din il-mediċina tittieħed f’ammont qawwijin, tista’ tkun perikoluża.

Ekonomija

Sport