Wednesday, April 24, 2024

Kinnie tingħaqad ma’ Big Mat

Aqra wkoll

Dan is-sajf, Kinnie, ix-xarba klassika tal-Mediterran sa mill-1952, ingħaqdet mal-istabbiliment tad-Djar u d-DIY Big Mat Malta biex toffri lill-klijenti leali ta’ Kinnie ċ-ċans li jirbħu voucher ta’ €250 x’jonfqu f’dan l-istabbiliment u popolari f’Ta’ Qali.

Il-promozzjoni qiegħda fuq il-fliexken tal-plastik (PET) tal-Kinnie u d-Diet Kinnie ta’ 1.5 litru, u tal-Kinnie, id-Diet Kinnie u l-Kinnie Zest ta’ 50ċl li għandhom fuqhom it-tikketta promozzjonali. Fuq wara ta’ kull tikketta ssib kodiċi b’sitt ittri u numri li trid iddaħħlu fis-sit https://kinnie.com/bigmatcompetition. Dak il-ħin stess tkun taf irbaħtx jew le bil-kodiċi tiegħek. Il-parteċipanti kollha rebbieħa mbagħad jirċievu telefonata u jintalbu jwieġbu mistoqsija. Jekk iweġbuha tajjeb, ikunu jistgħu jieħdu l-premju.

Hemm erbgħin voucher x’jintrebħu u kull ġimgħa qed jitħabbru ħames rebbieħa. Il-promozzjoni għandha għaddejja sa tmiem Settembru u japplikaw termini u kundizzjonijiet.

Is-Sur Nicky Vella, Brand Executive ta’ Kinnie, qal li “Sa minn meta faqqgħet il-pandemija, ħafna minna qattgħu aktar ħin id-dar mal-qraba u l-ħbieb tagħhom, u nemmnu li b’din il-promozzjoni qed noffru opportunità perfetta lill-klijenti ta’ Kinnie biex isebbħu id-dar u l-ispazji ta’ barra tagħhom.” 

Il-prodotti tal-promozzjoni Kinnie Big Mat issibhom f’ħafna ħwienet u stabbilimenti f’Malta u Għawdex.

Il-Kinnie, Diet Kinnie u Kinnie Zest huma prodotti, irreklamati u mqassma minn Simonds Farsons Cisk plc.

Sport