Kaya Gouder Curmi, il-kantanta Maltija ta’ 15-il sena fl-aħħar sigħat kisbet suċċess kbir meta rnexxiela tirbaħ il-Grand Prix, l-ogħla unur tal-festival internazzjonali Balkan Fest 2026, li sar f’Banja Luka, il-Bożnja u Ħerzegovina.
Hija kkompetiet ma’ diversi kantanti minn diversi pajjiżi fosthom il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Montenegro, is-Slovenja, il-Bulgarija, l-Armenja, il-Latvja, ir-Rumanija, il-Kroazja u l-Maċedonja ta’ Fuq, kif ukoll Malta.
Il-kantanta għażlet li tipparteċipa f’dan il-konkors permezz ta’ kanzunetta bil-lingwa Maltija, billi interpretat il-kanzunetta “Nistaqsi”, rebbieħa tal-festival Mużika Mużika, oriġinarjament interpretata minn Jasmine Abela, b’mużika ta’ Glenn Vella u lirika ta’ Philip Vella.



