Monday, June 15, 2026

Seraqlu ġiżirana tad-deheb minn għonqu

Aqra wkoll

… ikkundannat sentenza sospiża

Żagħżugħ ta’ 21 sena kien ikkundannat sentenza sospiża wara li ammetta li seraq ġiżirana tad-deheb minn nightclub f’Paceville.

Ismail Sbai, Taljan iżda residenti s-Swieqi, wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Is-serqa seħħet il-Ħadd li għadda, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ filgħodu. 

Il-vittma kien qal lill-pulizija li waqt li kien qed jiżfen ma’ sħabu ġewwa stabbiliment innota individwu jaġixxi b’mod suspettuż warajh. Ftit mumenti wara, l-istess persuna allegatament seraqlu l-ġiżirana tad-deheb minn għonqu u rah jaħrab biha. 

Il-vittma immedjatament informa lill-uffiċjali tas-sigurtà u dlonk waqqfuh. Il-Pulizija wkoll ġew infurmati u waqt tfittxija fuq l-imputat instabet il-ġiżirana tal-vittma.

Fil-Qorti ntqal li l-imputat mal-pulizija u li l-ġiżirana ġiet irritornata lis-sid. Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo sabet lil Sbai ħati tal-akkużi u kkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Dylan Pace flimkien mal-Avukat Marcea Fenech mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

L-Avukat Francois Dalli deher għall-imputat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport