Saturday, December 21, 2024

Imħarrka aktar minn 5,700 persuna li nqabdu jħammġu jew iħallu skart barra

... Fi kważi sena u erba’ xhur

Aqra wkoll

Mill-1 ta’ Jannar 2023 sad-19 ta’ April 2024, il-Pulizija u l-Uffiċjali tal-Komunità ħarrku 5,787 persuna li nqabdu jħammġu jew iħallu skart barra. Il-kontravenzjonijiet ġew maħruġa mid-diversi sezzjonijiet tal-korp, u tal-LESA, li jinkludu permezz ta’ cameras. 

Minn tagħrif li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra jirriżulta li l-akbar ammont ta’ taħrikiet ingħataw fil-lokalitajiet ta’ San Ġwann (523), l-Imsida (502), Tas-Sliema (364), Wied il-Għajn (314) u l-Ħamrun (302), bl-inqas ammonti jkunu rreġistrati fl-Għarb (4), ix-Xewkija (3) u Għajnsielem (2).

Dan it-tagħrif ingħata mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg. 

Ekonomija

Sport