Sunday, December 22, 2024

Imħatri llegali: Viċin li jintlaħaq ftehim għat-talba ta’ Sandro Tonali

Aqra wkoll

Ġurnal sportiv Taljan qed isostni li l-avukati ta’ Sandro Tonali jinsabu viċin li jilħqu ftehim mal-Prosekutur tal-FIGC dwar sospensjoni għall-midfielder ta’ Newcastle u l-Italja wara investigazzjoni dwar allegat ksur tar-regoli tal-imħatri.

L-avukati ta’ Tonali ltaqgħu mal-Prosekutur tal-FIGC, Giuseppe Chiné, f’Ruma, nhar it-Tnejn biex jinnegozjaw talba ta’ ftehim f’isem il-midfielder.

Allegatament, Tonali ammetta li lagħab fuq logħbiet ta’ Milan u Brescia waqt li kien taħt kuntratt mar-Rossoneri u r-Rondinelle. Madankollu, huwa mhuwiex suspettat ta’ tgħabis tal-logħbiet, peress li dejjem lagħab fuq l-eks clubs tiegħu biex jirbħu. 

Il-Prosekutur tal-FIGC u l-avukati tal-player għadhom qed jinnegozjaw l-aħħar dettalji, iżda jista’ jkun li Tonali jkun jaf it-tul tas-sospensjoni qabel il-partita taċ-Cham­pions League tal-lum bejn Newcastle u Borussia Dortmund.

Tonali x’aktarx li se jingħata sospensjoini ta’ sena aktar mill-kompatrijott tiegħu, Nicolò Fagioli, li ma kienx lagħab fuq il-club tiegħu, Juventus.

Tonali kkopera mal-awtoritajiet u fittex l-għajnuna biex jittratta l-vizzju tal-logħob tal-azzard u għalhekk l-avukati tiegħu jittamaw li jnaqqsu s-sospensjoni inevitabbli, li setgħet kienet ogħla minn tliet snin minħabba ksur tal-Artikolu 24.

Ekonomija

Sport