Wednesday, April 24, 2024

Immigrant bit-Tuberkolożi miżmum milli joħroġ miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni minħabba riskju li jxerred il-marda

Aqra wkoll

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia ma laqgħetx talba biex immigrant infettat bit-tuberkolożi jinħareġ miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi. Fuq ordni tal-Qorti, ir-raġel għandu jibqa’ jinżamm f’Ċentru ta’ Detenzjoni, filwaqt li jibqa’ jirċievi t-trattament meħtieġ.

L-immigrant mill-Kosta tal-Avorju wasal Malta illegalment f’Novembru li għadda. Bħalissa huwa qiegħed jingħata 14 il-pillola kuljum minħabba din il-kundizzjoni tiegħu. Din il-kura qiegħda tingħata lilu taħt is-superviżjoni tat-tobba bil-għan li ma jibqax ta’ periklu.

Rappreżentanta tas-Supretendenza għas-Saħħa Pubblika spjegat fil-Qorti li dan l-immigrant kellu l-moviment tiegħu ristrett minħabba riskju li jxerred l-infezzjoni lil persuni oħra.

Minn naħa tagħhom l-avukati tal-immigrant argumentaw li r-raġel ma kienx ġie infurmat għaliex baqa’ miżmum fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni, u għaldaqstant kien qed jinżamm hemmhekk illegalment.

1 kumment

  1. Talk .Mt tista tghidilna liema ghaqda kienet li qabdet lill avukati jitolbu biex persuna marida bit tuberkolozi tohrog iddur barra.Din mhux irresponsabilta li twaqfu milli jibqa jiehu l kura li ghandu bzonn.

Comments are closed.

Sport