Monday, July 13, 2026
Home Aktar Immigrant jintbagħat sitt xhur ħabs wara li pprova jaħrab minn Malta moħbi...

Immigrant jintbagħat sitt xhur ħabs wara li pprova jaħrab minn Malta moħbi taħt trejler

0
725

Raġel ta’ 24 sena mis-Sudan intbagħat sitt xhur ħabs wara li pprova jaħrab minn Malta taħt trejler ta’ trakk.

Ir-raġel ġie arrestat fit-terminal tal-Marsa kmieni dalgħodu wara li nstab moħbi taħt it-trejler, hekk kif it-trakk kien se jinstaq għal fuq il-katamaran.

Huwa tressaq b’arrest il-Qorti fi ftit sigħat u ngħata sentenza ta’ sitt xhur priġunerija. Il-Qorti aċċettat it-talba tad-difiża li jingħata kura psikoloġika.