Tuesday, December 24, 2024

“Immigranti nisa jiġu stuprati u użati… ma jiġux verament akkumpanjati mill-irġiel tagħhom”

Claudette Buttigieg ssostni li għandna niddistingwu bejn l-immigranti u t-tfal

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputata Nazzjonalista Claudette Buttigieg minn naħa tagħha tkellmet dwar l-immigranti nisa li qegħdin jintużaw bħala tarka fi vjaġġi ta’ immigrazzjoni. Buttigieg qalet li kull min jaħdem fil-qasam tas-saħħa jgħidlek li dawn l-immigranti meta jaslu wara vjaġġ li jista’ jkun ilu, jiem, ġimgħat jew xhur, jibżgħu jitkellmu.

Buttigieg staqsiet dwar meta se naslu biex nifhmu r-realtà vera wara l-vjaġġi ta’ tant immigranti. Tkellmet dwar is-sensazzjonaliżmu li tqanqal mara tqila abbord dgħajsa mimlija rġiel oħra. Hija staqsiet kemm dawn in-nisa jkunu akkumpanjati verament mis-sieħeb jew mir-raġel tagħhom. Staqsiet jekk jistax ikun li dawn in-nisa jkunu sfaw stuprati biex jintużaw b’dan il-mod u fin-nofs hemm it-trabi li jsibu ruħhom imwielda f’dawn il-kundizzjonijiet ta’ dubju u jkollhom ibatu l-konsegwenzi.

Rigward il-fatt li tfal jew minuri jintbagħtu lura f’pajjiżhom, Buttigieg qalet li din il-liġi diskussa għandha tagħmel distinzjoni bejn tfal u immigranti.

Hija tenniet tgħid li pajjiżna għandu juri ħniena, empatija u għajnuna lil min hu vulnerabbli, imma għandna nkunu ebsin ma’ min jabbuża mill-vulnerabbli u jitraffika lill-vulnerabbli.

Ekonomija

Sport