Wednesday, December 25, 2024

Immultat €15,000 wara li nqabad b’€38,000 mhux dikjarati

Aqra wkoll

Sirjan ta’ 31 sena li jaħdem bħala Kaptan ġie mmultat madwar €15,000 wara li b’rabta ma’ flejjes mhux dikjarati. 

Huwa kien arrestat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fejn instab li kien fil-pussess ta’ €38,331. 

Il-Prosekuzzjoni qalet li r-raġel ikkopera mal-pulizija u li ma kienx kaf bil-liġi dwar kemm seta’ jkollu flus fuqu li ma jkunux iddikjarati. 

Min-naħa tagħha, id-Difiża qalet li dawn il-flus kienu ġejjin minn pagi ta’ sitt xhur li ma setgħux jiġu depożitati fis-Sirja billi ma kienx hemm faċilitajiet biex ikun jista’ jagħmel dan. 

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Nadine Lia, wara li semgħet lill-imputat ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu mmultatu €15,633.

Ekonomija

Sport