Saturday, May 4, 2024

Immultat €20,000 talli ma rrappurtax li tweldulu l-iljuni, il-pumas u l-leopardi

Aqra wkoll

Raġel ta’ 47 sena li jrabbi l-annimali eżotiċi ingħata multa ta’ €20,000 wara li l-Qorti sabitu ħati li ma rreġistrax 3 iljuni, 6 pumas u 2 leopardi.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Elliott Magro, akkużat lil Martin Farrugiali fit-2 ta’ Awwissu ta’ ħames snin ilu, ma nfurmax lid-Direttur għas-Servizzi Veterinarji bil-frieħ ta’ annimali perikolużi fi żmien ġimgħat bit-twelid.

Fil-Qorti, xehed rappreżentant tad-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja, li spjega kif Farrugia kien applika biex iżomm annimali eżotiċi fis-Siġġiewi u l-Buskett u kellu 3 pumas, żewġ leopardi u 6 iljuni.

Meta fl-2017 sar ċensiment instabu żewġ leopardi oħra li ma kinux reġistrati . Waqt spezzjoni illi saret fl-2019 instabu 3 iljuni, 6 pumas u żewġ leopardi li ma kinux reġistrati.

Ir-rappreżentant tad-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja qal li meta dawn ikollhom il-frieħ iridu jiġu reġistrati fi żmien 4 ġimgħat, taħt ħlas ta’ €1,000 għal kull ferħ, imma Farrugia ma rreġistrax 11-il ferħ.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech sabet lil Farrugia ħati u meta ġiet biex tagħti l-piena qieset li għalkemm is-sitwazzjoni ġiet regolarizzata kien hemm 11-il annimali li l-awtoritajiet ma kinux infurmati li twieldu u lanqas kienu reġistrati.

Hija rrimarkat li għalkemm Farrugia ma ammettiex illum is-sitwazzjoni ġiet regolarizzata u mmultatu €20,000.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport