Diame Gassama, Senegaliż ta’ 24 sena, kien immultat €250 wara li nqabad juża l-laughing gas f’Paceville.
Gassama nqabad bil-laughing gass fit-13 ta’ Mejju li għadda. Huwa kien mixli bl-importazzjoni u l-użu tal-ossidu tad-dinitroġenu, magħruf aktar bħala laughing gas.
Fil-Qorti rriżulta li huwa kellu fil-pussess tiegħu żewġ ċilindri tal-laughing gas.
Huwa ammetta bil-prosekuzzjoni u d-difiża jaqblu li l-piena kellu tkun waħda fil-minimu.
Minbarra l-multa, il-Maġistrat Giannella Camilleri Busuttil ordnat ukoll li ż-żewġ ċilindri jinqerdu.
Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Dylan Pace.


