Saturday, October 26, 2024

Immultati aktar minn €1 miljun bejnithom minħabba evażjoni ta’ taxxa

Aqra wkoll

Erba’ rġiel ġew immultati €1,629,278 bejniethom wara li l-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia, f’sentenzi separati sabithom ħatja ta’ evażjoni tat-taxxa.

L-ewwel akkużat kien Frankie Apap ta’ 40 sena li kellu ammont kbir ta’ tabakk mhux iddikjarat u li kien instab f’maħżen ta’ Apap Tobacco Limited. Lil Apap il-Qorti kkundannatu għal xahar ħabs sospiżi għal sentejn kif ukoll multa.

It-tieni akkużat George Vella ta’ 49 sena wkoll kellu ammont kbir ta’ tabakk fil-vettura tiegħu kif ukoll instab li kellu aktar tabakk, sigaretti u xorb ieħor f’garaxx fil-Qawra. Dawn kienu kollha mingħajr dazji jew taxxi mħallsa fuqhom. Vella nstab ħati tal-akkużi u ġie kkundannat tmien xhur ħabs sospiżi għal tliet snin flimkien ma’ multa.

It-tielet akkużat kien Roy Joseph Cremona, ta’ 35 sena li nstab ħati li kellu ammonti kbar ta’ sigaretti mingħajr dazju. Dwar dan il-każ il-Qorti tal-Maġistrati kienet ordnata terġa’ tisma’ l-każ, iżda Cremona reġa’ nstab ħati u weħel sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn, flimkien ma’ multa.

Ir-raba’ ħati Hu Victor Fenech ta’ 42 sena. Hu nstab ħati li importa merkanzija ta’ General Cargo bla ma’ ħallas dazju u VAT. Huwa weħel ukoll multa, flimkien ma’ xahar ħabs sospiż għal sentejn.

Sport