Tuesday, April 23, 2024

Mill-2013 ‘il quddiem inħolqu 100,000 impjieg full time

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għall-fatt li mill-2013 ‘il quddiem, inħolqu 100,000 impjieg ġdid full time.

Qal li jieħu gost meta jara l-viżjoni ambjentali li għandu l-Gvern – viżjoni fejn nitkellmu dwar it-tnaqqis fl-emissjonijiet li jeħodna lejn il-qalba l-ħadra u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima – qed tkun il-viżjoni li n-nies qed iħaddnu wkoll.

Qal li s-sena li għaddiet, minn kull 10 vetturi ġodda li nħarġu fit-triq, sitta minnhom vetturi li ma jaħdmux bil-petrol jew dijżil biss iżda jaħdmu bl-elettriku wkoll jew bl-elettriku biss.

“Kif il-poplu qed jabbraċċja l-viżjoni li għandna għal dan is-settur? Għamilnieha mhux billi imponejna xi restrizzjonijiet. M’għamilnihiex billi żidna xi piżijiet proporzjonati iżda morna fid-direzzjoni tal-inċentivi. Tajna għotja ta’ eluf ewro biex in-nies jixtru dawn it-tip ta’ vetturi.

“Din kienet għadha u se tibqa l-viżjoni kif se nagħmlu l-politika. Jekk il-familji se jsibu Gvern warajhom huma dejjem se jagħżlu dak li huwa l-aħjar għal pajjiżhom. Biex nilħqu dawn l-għanijiet irridu naħdmu lkoll flimkien, u għax naħdmu lkoll flimkien pajjiżna mhux biss jimxi ‘l quddiem iżda jkun fost l-aqwa fl-Unjoni Ewropea.”

Sport