Saturday, November 16, 2024

Immultati €6,000 wara li offriet servizz ta’ ‘pet sitting’ bla permess

Aqra wkoll

Keith Caruana u Lara Bezzina, koppja minn Santa Venera ġiet immultata €6,000 hekk kif instabet ħatja li kienet qiegħda toffri servizz ta’ ‘pet sitting’ u anke ‘pet boarding’ mingħajr permess tal-awtoritajiet.

Fil-Qorti ntqal li kollox beda fl-2018 mmeta l-pulizija fl-Għassa tal-Ħamrun kienu rċivew rapport mingħand persuna li kienet qalet li f’Santa Venera kien hemm post li fih kienu qed jinżammu klieb mingħajr liċenzja.

Fir-rapport kien intqal ukoll li dawn il-klieb ma kienux qegħdin jinżamm f’post xieraq. Kien allegat ukoll li l-annimali ma kienux qegħdin jiġu trattati tajjeb u anke li kienu qegħdin jagħmlu ħafna storbju.

Il-Pulizija flimkien ma’ uffiċjali tal-Animal Welfare kienu għamlu spezzjoni fir-residenza msemmija fejn sabu 13-il kelb, iżda dawn kienu qegħdin f’ambjent tajjeb.

L-uffiċjali kienu talbu lill-koppja biex jipprovdu l-permessi u l-liċenzji biex ikunu jistgħu jżommu l-klieb. Huma kienu qalu li ma kienx hemm bżonn permess għax dan ix-xogħol kien qiegħed isir skont il-liġi.

Is-sidien tar-residenza, Keith Caruana u Lara Bezzina, intalbu jipprovdu l-permessi u l-liċenzji biex iżommu l-klieb imma qalu li ma kienx hemm bżonn permess għax din l-attività ma kinitx regolata bil-liġi.

Huma kienu tressqu l-Qorti fejn fost l-oħrajn ġew akkużati li kienu qegħdin joperaw stabbiliment tal-akkomodazzjoni tal-annimali mingħajr liċenzja, li naqsu li jagħmlu apllikazzjoni għal-liċenzja għand id-direttur tal-inqas xahrejn qabel bdew l-attività u li naqsu li jassiguraw li l-klieb ma jdejqux lill-ġirien.

F’Jannar li għadda huma nstab ħatja ta’ xi akkużi, iżda mhux li kienu qegħdin idejqu lill-ġirien. Huma kienu ġew immultati €6,000.

Huma appellaw mis-sentenza, iżda l-Imħallef Aaron Bugeja ċaħad l-appell u kkonferma s-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati.

Ekonomija

Sport