Tuesday, August 19, 2025

Immultati x-xufier u ż-żagħżugħ li nstaq fuq is-saqaf ta’ karozza

Aqra wkoll

Xufier u żagħżugħ li dehru jinstaqu fuq saqaf ta’ karozza tal-kiri f’pajjiżna, ġew immultati mill-pulizija wara li l-istess pulizija bdew investigazzjoni dwar filmat li beda jdur online.

Il-Pulizija kkonfermat li wara ftit ħin li xxerred il-filmat bdiet ħidma biex jiġu ddentifikati l-persuni u sar magħruf li huma t-tnejn mill-Belġju.

Huma ġew mitkellma mill-Pulizija u anke nħarġu multi fil-konfront tagħhom li tħallsu immedjatament.

Aktar minn hekk, lix-xufier sarlu wkoll breathalyser test u ma kienx pożittiv għall-alkoħol. Il-karozza ma baqgħetx għall-użu tagħhom, wara li din ittieħdet lura mill-kumpanija tal-kiri.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport