Friday, November 15, 2024

Imnedija kampanja ta’ għarfien online dwar il-vjolenza sesswali

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, dan ix-xahar varat kampanja ta’ għarfien online, bl-isem “Il-Kunsens Jiswa. Waqqaf il-Vjolenza Sesswali”. Din il-kampanja bdiet il-Ġimgħa li għaddiet, 6 ta’ Mejju, u tiġi fi tmiemha fit-30 ta’ Ġunju li ġej.

L-għan tagħha hu li jitqajjem għarfien dwar l-importanza tal-kunsens u l-intervent tal-‘active bystander’. Il-kampanja ser tkun qed tagħti informazzjoni dwar x’jiġri meta inti tagħmel kuntatt mas-servizzi li joffru għajnuna lill-persuni li qed isofru minn vjolenza sesswali.

Bħala parti minn din il-kampanja, qed titnieda Q&A fejn l-individwi għandhom l-opportunità li jistaqsu mistoqsijiet anonimi dwar il-vjolenza sesswali. Dawk li jixtiequ jagħmlu użu minn dan is-servizz, jistgħu jagħfsu fuq din il-ħolqa bit.ly/38UnUu8 sabiex jissottomettu l-mistoqsijiet tagħhom. It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet ser jiġu ppubblikati fi tmiem il-kampanja. 

Ekonomija

Sport