Sunday, December 22, 2024

Imnedija konsultazzjoni pubblika dwar l-amministrazzjoni aħjar tal-ilma tax-xita

Aqra wkoll

Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi nieda konsultazzjoni pubblika dwar l-amministrazzjoni aħjar tal-ilma tax-xita, b’mod partikolari fuq binjiet u spazji pubbliċi.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi spjega li ġie mħejji manwal li se jservi ta’ linja gwida għall-proġetti innovattivi ta’ infrastruttura ekoloġika li jwasslu għall-protezzjoni u l-immaniġġjar tal-ilma tax-xita f’ambjenti naturali, rurali u urbani. Dawn il-linji gwida huma maħsuba sabiex jassistu diversi entitajiet, li jvarjaw minn entitajiet governattivi u privati, kunsilli lokali, organizzazzjonijiet volontarji, negozji, professjonisiti u kif ukoll għall-pubbliku ġenerali. Dan sabiex jiġu appoġġjati l-isforzi ta’ Malta fil-mitigazzjoni u l-addattament tat-tibdil fil-klima.

Huwa saħaq fuq l-importanza tar-riżorsa tal-ilma u spjega kif din l-infrastruttura se twassal biex jinġabar ammont akbar ta’ ilma ta’ xita tant bżonnjuż biex inkomplu nħaddru ż-żoni urbani tagħna. Il-Ministru tenna kif il-viżjoni ta’ dan il-proġett huwa li dawn l-infrastrutturi sostenibbli jsiru l-ewwel għażla flok il-metodi li jwasslu  sabiex ħafna mill-ilma tax-xita ma jkunx immaniġjat tajjeb u għalhekk jintilef.

Id-dokument tal-konsultazzjoni pubblika jista’ jiġi aċċessat minn Green Stormwater Infrastructure Guidance Manual (gov.mt) Il-konsultazzjoni pubblika tagħlaq fid-29 ta’ Lulju 2022.

Ekonomija

Sport