Sunday, May 19, 2024

Jekk ma tistax tieħu glutina tikkunsmax dan il-prodott

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi jew intolleranti għall-glutina, minħabba li nstab li potenzjalment fih glutina li mhijiex iddikjarata. Dan minħabba żball fil-produzzjoni fejn prodott ieħor tal-ikel twaħħlitlu t-tabella tas-soppa.

Deskrizzjoni tal-prodott:Organic Spicy Lentil Soup
Ditta:Suma
Lott:0300/01-21
Użin:400g
Data tad-durabbilità:Ottubru 2023

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat e-mail fuq [email protected].

Sport