Saturday, May 4, 2024

Taqtiegħa bejn Bayern Munich, Chelsea u Paris Saint-Germain għal Ousmane Dembele

Aqra wkoll

Bayern Munich, Chelsea u Paris Saint-Germain qed jikkompetu biex jiffirmaw lill-attakkant ta’ Barcelona, Ousmane Dembele, bi free transfer dan is-sajf.

Il-ftehim attwali tal-internazzjonali Franċiż fil-Camp Nou għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u hu se jsir free agent qabel tmiem il-ġimgħa d-dieħla.

Barcelona poġġew fuq il-mejda offerta ta’ kuntratt għar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018, iżda għadu jrid jieħu deċiżjoni dwar il-futur tiegħu, b’numru ta’ clubs qed juru interess fih.

Sport