Sunday, December 22, 2024

“Impenjajna ruħna li jingħalaq iċ-ċentru miftuħ tal-Marsa mingħajr ma jitpoġġa piż fuq lokalitajiet oħra”

Aqra wkoll

Għaddej ix-xogħol biex titwettaq miżura tal-Budget għal din is-sena fejn il-Gvern kien wiegħed li sa nofs din is-sena ċ-ċentru tal-immigranti tal-Marsa jkun magħluq filwaqt li ż-żona tiġi riġenerata. 

Il-Ministu għall-Intern Byron Camilleri qal li bħala Gvern impenjaw ruħhom li jingħalaq iċ-ċentru tal-immigranti tal-Marsa mingħajr ma jitpoġġa piż fuq lokalitajiet oħra. 

“Il-ħidma baqgħet għaddejja u qed nagħmlu xogħol ma’ entitajiet oħra sabiex dan il-post jinżamm f’kundizzjoni aħjar milli hu. L-għeluq taċ-ċentru huwa biss parti mill-pjan biex tiġi rriġenerata din iż-żona, kemm għan-nies tal-Marsa u kif ukoll għan-nies tal-irħula tal-madwar fin-naħa t’isfel tal-pajjiż,” sostna il-Ministru Camilleri fuq il-paġna tiegħu tal-midja soċjali.

Ekonomija

Sport