Thursday, December 26, 2024

Impenji internazzjonali mit-Tazza ta-Dinja tal-Universitá FISU għal Ishmael Barbara

Aqra wkoll

Ishmael Barbara ġie fdat b’impenji mill-fażi finali fit-Tazza tad-Dinja tal-Università FISU.

Ir-referee tal-FIFA Ishmael Barbara kellu l-opportunità għal aktar esperjenza internazzjonali hekk kif kien involut fit-Tazza tad-Dinja tal-Università FISU fiċ-Ċina.

Dan l-avveniment fil-belt ta’ Jinjiang ta l-opportunità lill-aqwa timijiet tal-futbol universitarji biex jikkompetu fl-ogħla livell f’dak li rriżulta li kien avveniment ikkontestat ħafna.

Wara li ngħata l-kompitu li jikkontrolla l-partita tal-ftuħ tat-tournament li ġie fi tmiemu nhar it-Tlieta ta’ din il-ġimgħa, ir-Referee tal-FIFA Ishmael Barbara ġie fdat ukoll li jmexxi partita oħra tal-fażi tal-gruppi bejn Kenyatta University (Kenja) u Paulista University (Brażil).

Dan kien segwit b’appointment aktar prestiġjuż hekk kif ir-rappreżentant Malti mexxa wkoll il-partita tal-Kwarti tal-Finali bejn l-Università ta’ Hohai (Ċina) u l-Università ta’ Myongji (Korea), li kienet segwita mill-konfront tas-semifinali ta’ profil għoli bejn l-Università ta’ Myongji (Korea) u l-Università Paulista. (Brażil), b’dawn tal-aħħar jirbħu din is-semi-finali bil-penalties, u komplew biex rebħu t-Tazza tad-Dinja tal-Università wara li ħarġu rebbieħa fil-partita finali.

Ekonomija

Sport