Monday, May 13, 2024

L-Iżrael tgħid li l-Hamas qed jattakkaw mill-mini 

Aqra wkoll

Il-forzi Iżraeljani dawru l-belt ta’ Gaża fl-attakk tagħhom fuq il-Hamas. Il-Forzi tad-Difiża Iżraeljani, l-IDF, qalu li s-suldati kienu impenjati fi ġlied mill-qrib bil-ġellieda tal-Hamas jattakkaw bi stil “hit-and-run” minn diversi mini. 

Min-naħa tiegħu l-Ministeru tas-Saħħa mmexxi mill-Hamas qal li nqatlu xejn inqas minn 9,000 Palestinjan. Dan filwaqt, li aktar kmieni din il-ġimgħa, l-Aġenzja għall-Għajnuna u x-Xogħljiet, l-UNRWA fil-Palestina qalet li l-erba’ skejjel li kienu qegħdin jintużaw bħala xelters, ġarrbu ħsarat kbar f’inqas minn 24 siegħa. 

Fl-aħħar jiem, il-midja internazzjonali ħarġet ukoll filmat ta’ skola elementari fil-kamp tar-refuġjati ta’ Jabalia fit-Tramuntana ta’ Gaża, fejn bl-attakki li saru, inqered il-bieb prinċipali tal-iskola u anke l-bitħa.

Sport