Tuesday, December 24, 2024

Impenn internazzjonali ġewwa l-Ingilterra għal sewwieqa Maltin

Aqra wkoll

Il-Malta Racing Club kellu tmiem il-ġimgħa impenjattiv kemm fix-xena lokali bil-finali taċ-Cisk Lager Kampjonat tas-Sajf il-Ħadd filgħaxija, kif ukoll fil-kamp internazzjonali b’ħames sewwieqa Maltin impenjati f’tiġrijiet ġewwa l-korsa ta’ York l-Ingilterra. F’laqgħa ta’ tiġrijiet organizzata minn Trot Britain responsabbli għat-tiġrijiet tat-trott, bi sħubija mal-British Horse Racing Club responsabbi mit-tiġrijiet tal-pejsa, l-ħames sewwieqa Maltin, Raymond Schembri, Kirsten Axisa, Ivan Stivala, Nelson Azzopardi u Anthony Mallia, saqu kontra 5 ġerrejja Brittaniċi. Fit-tiġrija tas-Sibt, l-aħjar riżultati kienu miksub minn Ivan Stivala fuq CEDRE PIERJI li daħal fir-raba’ post u Nelson Azzopardi, li fuq ELENA DU MOULIN daħal fill-ħames post. Fit-tiġrija organizzata l-Ħadd, wirja brillanti ta’ Nelson Azzpardi ratu joħroġ rebbiegħ għal-Malta fuq HOLD UP BROUETS filwaqt illi Raymond Schembri daħal fir-raba’ post fuq AMADEO DE JELMA b’Kirsten Axisa jispiċċa fil-ħames post fuq HERNANI D’ORIENT.

Dawn it-tiġrijiet kienu parti minn skambju internazzjonali illi issa ser jara l-Malta Racing Club jospita delegazzjoni ta’ ġerrejja Ingliżi ġewwa pajjiżna f’Ottubru illi ġej. Għal din it-trasferta, il-ġerrejja Maltin kienu akkumpanjati mill-membri tal-Maltra Racing Club Paul Gafa, Karl Debono, Mario Baldacchino u Sandro Caruana kif ukoll minn Max Zammit u John Huber, rispettivament CEO u Chairperson ta’ EQUESTRIMalta illi għenet u iffinanzjat din il-parteċipazzjoni.

Ekonomija

Sport