Ir-referee lokali tal-FIFA, Philip Farrugia, se jkun qed jikkontrolla partita ta’ profil għoli minn Grupp D tal-fażi ta’ kwalifikazzjonijiet għall-Kampjonati Ewropej għada l-Ġimgħa bejn il-Kroazja u l-Latvja fil-belt marittima Kroata ta’ Rijeka.
Għal din il-ħatra ta’ profil għoli fl-istat tal-Balkani, Philip se jkun qed jingħaqad minn Alan Camilleri u Luke Portelli bħala l-Assistenti Referees tiegħu, fejn referee ieħor tal-FIFA Trustin Farrugia Cann se jkun ukoll parti mit-tim ta’ uffiċjali tal-logħob lokali inkarigati bir-rwol tar-raba’ uffiċjal.
Din il-partita bħal kull partita ta’ kwalifikazzjoni oħra skedata fil-jiem li ġejjin se topera l-Video Assistant Referee, bl-uffiċjali tal-partita Taljani ta’ stima kbira Luca Pairetto u Michael Fabbri se jkunu qed joperaw mill-kamra tal-VAR waqt din il-partita.
L-MFA bagħtet l-isbaħ xewqat lill-erba’ uffiċjali lokali tal-partita għal vjaġġ ta’ suċċess fid-doveri tagħhom nhar il-Ġimgħa fil-Kroazja.