Manchester United mistennija jkeċċu lill-coach, Michael Carrick, wara t-telfa umiljanti ta’ 3-0 kontra Bournemouth, il-Ħadd li għadda. Skont rapporti, l-eks coach ta’ Newcastle United, Eddie Howe, huwa l-kandidat ewlieni biex jieħu postu.
Il-United rebħu biss darbtejn fl-ewwel 12-il partita tal-istaġun 2026-27 u jinsabu fis-16-il post, punt biss ’il fuq miż-żona tar-relegazzjoni.
Carrick kien wassal lit-team għat-tielet post fl-istaġun li għadda, iżda r-riżultati riċenti poġġew il-futur tiegħu f’dubju kbir.
Min-naħa tiegħu, Howe rebaħ il-League Cup ma’ Newcastle u għen lit-team jikkwalifika għaċ-Champions League.




