Wednesday, July 24, 2024

Impenn internazzjonali ieħor għal Matthew Degabriele

Aqra wkoll

Hekk kif se tkun qed tintemm il-fażij tal-gruppi tal-kompetizzjonijiet tal-klabbs Ewropej tal-UEFA din il-ġimgħa, il-Malta FA se tkun rappreżentata wkoll b’tim ta’ uffiċjali lokali tal-logħob li ġew assenjati biex imexxu partita tal-UEFA Youth League.

Kollox se jseħħ nhar it-Tlieta fis-1 pm fi Franza għall-partita bejn RC Lens Youth ta’ Franza li se jkunu qed jiffaċċjaw ġewwa darhom lit-tim Spanjol Sevilla FC Youth.

Din il-partita se tirrappreżenta 90 minuta oħra ta’ esperjenza fuq il-pjattaforma internazzjonali, għar-referee lokali tal-FIFA Matthew Degabriele, li ġie assenjat biex imexxi din il-partita, assistit minn aktar uffiċjali tal-partita lokali, fejn se jkunu qed jingħaqdu miegħu Jurgen Spiteri u Shaun Calleja bħala l-Assistenti Referees għal din il-partita fi Franza.

Ir-raba’ uffiċjal ġie assenjat mill-federazzjoni lokali, li ħatret lir-referee Franċiż Marc Bollengier biex jassisti lit-trio ta’ uffiċjali Maltin.

Il-Malta FA awgurat bis-sħiħ lit-tim ta’ uffiċjali tal-partita lokali li se jirrapreżentaw lill-Assoċjazzjoni.

Ekonomija

Sport