Monday, December 9, 2024

IMPENN LEJN IL-ĠENERAZZJONI FUTURA

Aqra wkoll

Fil-jiem li ġejjin, se jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tat-Tfal, wieħed mill-jiem internazzjonali stabbiliti min-Nazzjonijiet Uniti biex jiġu rikonoxxuti l-kisbiet li saru, u fejn dan ma sarx, jiġu żgurati li t-tfal ikollhom aċċess għad-drittijiet tagħhom, għal leħen tagħhom fis-soċjetà, għall-ħolm tagħhom. 

Minkejja li niċċelebraw dan il-jum għad fadal ħafna x’isir mhux biss f’pajjiżna imma anke ‘l barra minn xtutna. Imma aħna jinteressana minn dak li jiġri f’pajjiżna biex tassew id-drittijiet tal-minorenni ikunu garantiti. 

Biex dan il-proċess ikompli jiġi mwettaq, l-akbar responsabilta taqa f’idejn il-Gvern li min-naħa tiegħu fl-aħħar snin introduċa diversi miżuri biex jiġi żgurat li, sa minn stadju bikri fil-ħajja tagħhom, it-tfal jingħataw l-aqwa opportunitajiet biex ikunu jistgħu jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tagħhom.

Insemmu kif fil-Budget 2025 , il-Gvern bħala parti mill impenn tiegħu lejn it-tfal,  ħabbar li ċ-children’s allowance se jiżdied b’€250 għal kull wild. Il-gvern mar anke oltre billi introduċa sistema li permezz tagħha, dawk kollha li jaħdmu self-employed u jsiru ġenituri, se jkunu qegħdin jingħataw għaxar t’ijiem leave paternità. 

Ma ninsewx lanqas li l-Gvern għamel ċert ukoll l l-ebda tifel jew tifla taqa’ lura, permezz tal-fatt li estenda l-inizjattiva one-tablet-per-child biex jintuża minnhom fl-istudju kontienwu tagħhom. Il-Gven wera wkoll l-impenn tiegħu ljen tfal b’diżabilità. Dan biż-żieda ta’ €193 fil-carer’s grant u ż-żieda tal-€5 fil-ġimgħa fl-allowance għal tfal b’diżabilità. 

Ħafna sar, u ħafna għad baqa’ x’isir biex id-drittijiet tat-tfal ikunu verament imħarsa. Però dak li sar huwa ċertament fid-direzzjoni t-tajba għal soċjeta aktar ġusta li tirrikonoxxi bil-fatti r-rwol centrali tal-ġenerazzjonijiet tal-lum u ta’ dawk li għad iridu jiġu. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport