Sadanittant, il-Parlament ingħaqad mal-komunità internazzjonali sabiex ifakkar il-vittmi tal-Olokawst. Fid-diskors tiegħu, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li l-Jum Internazzjonali ta’ Tifkira tal-Olokawst ifakkarna fil-qerda istutjunalużżata u industrijaliżżata ta’ poplu bla ħtija. Qal li l-Olokawst ifakkar l-eċċessi li saru f’isem ideoloġiji foloz u estremi u l-patt li pajjiżna għamel bħala nazzjonijiet sabiex nirrispettaw id-drittijiet universali tal-bniedem li għalihom il-Lhud u oħrajn ħallsu prezz tant qares. U permezz ta’ din it-tifkira nkomplu naħdmu sabiex nevitaw li l-istorja tirrepeti ruħha.
“Ta’ min jgħid ċar u tond illi straġi bħal din ma saritx mil-lum għal għada. Lanqas saret bi żball jew kumbinazzjoni. L-Olokawst kellu elementi illi intiżġu minn organiżżazzjonijiet politiċi u individwi fuq tul ta’ żmien, elementi li fuqhom inbniet narrattiva u finalment organiżżazzjonijiet dedikati għall-isterminazzjoni ta’ gruppi u saħansitra ta’ popli sħaħ. Ħawn ma nistax ma jiġinix f’moħħi kwotazzjoni minn Churchill fejn qal ‘There is no doubt this is the most horrible crime ever committed in the whole history of the world, and it has been done by scientific machinery by nominally civilised men in the name a great State and one of the leading races of Europe’.”, qal il-Ministru Bonnici.
Huwa saħaq fuq l-importanza illi nfakkru din il-ġurnata u li rridu nibdew billi nħarsu lejn l-għerq tal-problema. Qal kif il-Lhud ġew impenġijja bħala element ostili u parrasita fis-soċjeta u li kien qiegħed jaħdem kontra il-benessere tal-istess soċjetà.
Qal ukoll; “Dan id-diskors ma’ kien xejn ħlief espressjoni ta’ sterjotipi li kien ilhom preżenti fis-soċjetajiet varji għall-mijjiet ta’ snin u li kull tant żmien kienu ifuru f’rabbja mhux ġustifikata, partikolarment waqt perjodi ta’ pressjoni soċjali jew ekonomika fuq il-popli. Huwa faċli li tippunta subajk lejn popli jew gruppi meqjusa differenti, speċjalment dawk li jkunu jgħixu qalb jew ħdejn popli oħra aktar numerużi, flok tħares lejn il-problemi reali li in-nazzjon ikun qed jiffaċċja u tipprovdi xi forma ta’ soluzzjoni”
Il-Ministru Bonnici appella lir-rappreżentanti tal-poplu preżenti f’din il-Kamra sabiex fuq suġġetti relatati mal-Olokawst, anti-Semitizmu u fil-ġlieda kontra kull forma ta’ persekuzzjoni u sterjotipu, kulħadd jiġbed ħabel wieħed u sabiex ikunu magħqudin kontra dawk li l-għan tagħhom ma hu xejn ħlief li jerġaw iniżżlu purtiera mdallma fuq is-soċjeta Maltija.