Friday, December 13, 2024

Imressaq każ ta’ ksur ta’ privileġġ dwar stqarrija tal-PN

Aqra wkoll

Il-membri tal-Gvern fil-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ressqu każ ta’ ksur ta’ privileġġ dwar stqarrija li ħareġ il-Partit Nazzjonalista wara l-aħħar laqgħa tal-Kumitat li saret il-Ħamis li għadda.

F’dik il-laqgħa, kien ġie adottat ir-rapport tal-Kummissarju tal-Istandards dwar l-ingaġġ ta’ Amanda Muscat – illum mart il-Ministru Clayton Bartolo – fil-Ministeru għal Għawdex.

Fis-seduta parlamentari tat-Tnejn filgħodu, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul għamel referenza għal din il-laqgħa tal-Kumitat u għall-istqarrija tal-PN li stqarr li l-kontenut tagħha ma kienx jirrifletti dak li ntqal u ġie deċiż fil-Kumitat.

Kien għalhekk li invoka każ ta’ ksur ta’ privileġġ. F’dan ir-rigward, is-Segretarju Parlamentari Ellul u l-Ministru tal-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard – bħala Deputati Parlamentari u membri tal-Kumitat – bagħtu wkoll ittra lill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

F’dik l-ittra jintqal li r-rapport approvat mil-Kumitat ma jikkontjeni ebda osservazzjoni, dikjarazzjoni, konklużjoni jew rakkomandazzjoni taħt kwalunkwe forma li tittratta frodi jew kwalunkwe offiża oħra ta’ natura kriminali kif malizzjożament iddikjarat l-istqarrija inkwistjoni.

Għaldaqstant is-sottoskritti qegħdin jilmentaw dwar dawn id-dikarazzjonijiet foloz li ċertament ma jirriflettux il-fatti, il-kelma u l-ispirtu ta’ dak li jingħad u kien deċiż fil-Kumitat.

Dr Ellul tenna li filwaqt li qed ikun invokat ksur ta’ privileġġ qed ikunu mitlub li jkunu ordnati dawk il-provvedimenti li s-Sedja tħoss li huma xierqa u opportuni.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport