Il-coach nazzjonali ta’ Malta, Michele Marcolini, ħabbar l-iskwadra tiegħu ta’ 26 player għall-partiti li ġejjin tal-UEFA Nations League, fejn Malta se tikkompeti f’League D, Grupp 2.
F’din l-iskwadra ġew imsejħa players ġodda fosthom, Matthias Ellul ta’ Hamrun Spartans filwaqt li Jake Vassallo ta’ Mosta, minkejja li kien imsejjaħ qabel, issa ġie nkluż fl-għażla finali.
Barra minn hekk, bosta players li kienu neqsin fil-logħbiet internazzjonali ta’ Ġunju minħabba diversi raġunijiet, għamlu r-ritorn tagħhom fl-iskwadra.
It-team Malti jibda l-impenji tiegħu, nhar is-Sibt li ġej, fis-7 ta’ Settembru, fi Stadionul Zimbru, f’Chisinau, fis-6.00 pm.
Imbagħad, tlett ijiem wara, jaffronta lil Andorra, f’Estadi Nacional, f’Andorra La Vella, liema partita tibda fid-8.45 pm.
L-iskwadra ta’ 26 player hija:
Goalkeepers: Henry Bonello (Hamrun S.), Rashed Al Tumi (FC Sheriff Tiraspol – Moldova), Matthew Grech (Zabbar SP)
Difensuri: Kurt Shaw (Hibernians), Jean Borg (Sliema W.), Zach Muscat (bla club), Jake Vassallo (Mosta), Luke Tabone (Haverfordwest County AFC – Ingilterra), Mattias Ellul (Hamrun S.)
Midfielders: Ryan Camenzuli, Joseph Mbong (Hamrun S.), Carlo Zammit Lonardelli (Floriana), Myles Beerman, Adam Magri Overend, Steven Pisani (Sliema W.), Teddy Teuma (Stade de Reims), Bjorn Kristensen (Hibernians), Matthew Guillaumier (FKS Stal Mielec – Polonja), Nikolai Muscat (Marsaxlokk), Yannick Yankam (Lexington SC), Jan Busuttil (Balzan)
Attakkanti: Luke Montebello (Hamrun S.), Paul Mbong (Birkirkara), Kyrian Nwoko, Kemar Reid (Floriana), Jurgen Degabriele (Hibernians)