Thursday, December 26, 2024

Imsejħa skwadra ta’ 20 player għat-tournament internazzjonali ta’ Taħt il-15-il sena

Aqra wkoll

Il-coach nazzjonali ta’ Taħt il-15-il sena, Francesco Macri u l-Assistent tiegħu Jonathan Holland għażlu 20 player għall-UEFA Youth Development Tournament li se jsir f’Malta bejn is-7 u t-13 ta’ Settembru.

Il-partita tal-ftuħ hija nhar il-Ġimgħa hekk kif il-Maltin  lil jilqgħu lil Ġibiltà, qabel ma jiffaċċaw lill-Iskozja nhar it-Tlieta l-ġimgħa d-dieħla, biex bejniethom tintlgaħab il-partita bejn  Skozja vs Ġibiltà li se tintlagħab il-Ħadd.

Il-players magħżula għal dan it-tournament twieldu fl-2008 u ġejjin mis-settur tal-Youths mit-timijiet ta’  Valletta, Ħamrun Spartans, Birkirkara, Floriana, u Pieta Hotspurs.

L-iskwadra msejħa ta’ 20 player hija:

Goalkeepers – Sam Calleja (Melita), Jayden Farrugia (Mosta).

Difensuri Ċentrali – Emerson Meilak (Valletta), Isaak Mizzi Bonello (Ħamrun Spartans), Andreas Vella (Melita), Dale Vella (Luxol), Kayden Zerafa (Pieta Hotspurs).

Wingbacks – Jean Formosa (Birkirkara), Drew Miceli (Floriana), Liam James (Valletta), Keerin Formosa (Pieta ‘Hotspurs).

Midfielders Ċentrali – Jack Camilleri (Luxol), Scott Camilleri (Ħamrun Spartans), Daniel Pawley (Pieta Hotspurs).

Attakkanti – Ethan Brincat Winters (Ħamrun Spartans), Liam Buhagiar (Valletta), Bjorn Caruana (San Ġwann), Matteo Paolo Grech (Melita), Jaylen Zarb (Pieta ‘Hotspurs), Sky Chetcuti (Floriana).

Il-programm tal-logħbiet huwa:

L-ewwel Ġurnata – 9 ta’ Settembru – fl-10.00 am – Malta v Ġibiltà

It-tieni Ġurnata – 11th September – 10.00 am – Skozja v Ġibiltà

It-Tielet Ġurnata – 13 ta’ Settembru – 10.00 am – Malta v Skozja

Ekonomija

Sport