Wednesday, July 24, 2024

Imtella’ l-festival Agrarju tal-Patata 2024

Ġurnata ta’ attivitajiet mill-isbaħ fil-Qrendi

Aqra wkoll

Opportunità lill-viżitaturi fejn setgħu jaraw b’għajnejhom il-prodott Malti u jitgħallmu aktar dwaru…

Għadd ta’ bdiewa lbieraħ ingħaqdu fil-Festival Agrarju tal-Patata, prodott Malti ta’ kwalità għolja mfittex ħafna mhux biss mill-Maltin imma anke għall-esportazzjoni. Din l-attività li bdiet mit-8.00 ta’ filgħodu u se tibqa’ miftuħa sas-7.00 ta’ filgħaxija, saret fil-Pjazza ta’ San Mattew tal-Maqluba fil-Qrendi.

Dan il-festival agrarju kien ta’ suċċess hekk kif għadd ta’ familji u entużjasti marru bi ħġarhom jaraw b’għajnejhom il-prodott Malti kif ukoll gawdew minn spettaklu mill-aqwa mifrux fuq il-ġurnata kollha.

Fost l-attivitajiet imtella’ sar ukoll kunċert minn “The Busker”.

Ekonomija

Sport