Wednesday, July 24, 2024

Ir-rebbieħa tal-premju Nobel għal Paċi se tgħaddi ġuri ieħor fl-Iran

Aqra wkoll

Narges Mohammadi, ir-rebbieħa tal-Premju Nobel għal Paċi se tkun qiegħda tgħaddi ġuri ieħor wara li akkużat lis-servizz tas-sigurtà tal-pajjiż li qegħdin jabbużaw sesswalment min-nisa.

Bħalissa Narges Mohammadi qiegħda sservi 12-il sena ħabs wara li nstab ħatja fuq diversi akkużi fosthom li ddefendiet l-interessi tan-nisa fil-pajjiż.

F’messaġġ li għaddiet mill-ħabs fejn qiegħda tinżamm, Mohammadi qalet li l-ġuri li se tgħaddi hu dwar messaġġ li kienet għaddiet fejn ikkundannat “il-gwerra sħiħa li għaddejja kontra n-nisa mir-reġim Iranjan.”

L-avukat tagħha Mostafa Nili qal li fis-sigħat li ġejjin se tkun qiegħda titressaq il-Qorti u fost l-akkużi se jkun hemm li hi qiegħda tmexxi propoganda kontra r-Repubblika Islamika.

Mohammadi li llum għandha 52 sena qalet li ħadd u xejn ma hu se jwaqqafa milli tkompli titkellem f’isem il-miljuni ta’ nisa Iranjani biex fl-aħħar ikollhom drittijiet ugwali daqs l-irġiel.

Ekonomija

Sport