Thursday, July 24, 2025

Imut Anthony Spiteri Debono ir-raġel tal-President

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt tan-Nutar Anthony Spiteri Debono, ir-raġel tal-President Myriam Spiteri Debono. In-Nutar Spiteri Debono miet illum il-Ħamis kawża ta’ kumplikazzjonijiet f’saħħtu.

Dakinhar tal-ġurament tal-ħatra ta’ martu bħala l-Presidenta f’April tas-sena l-oħra, in-Nutar Spiteri Debono kien qal li se jappoġġja lil martu kemm jista’.

Dr Anthony Spiteri Debono huwa miżżewweġ lill-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono, u għandhom tliet itfal: Elena, George u Maria Kristina.

Huwa kien nannu ta’ erbgħa: Alexandra, Paul, Pippa u Beppe.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport