Tħabbret il-mewt ta’ Dun Eucharistico Sultana, jew kif kien magħruf max-Xagħrin Dun Kerist. Hu serba bħala Arċipriet tal-Bażilika tax-Xagħra bejn l-1973 u l-2004.
Dun Kerist jibqa’ magħruf għall-ħidma kbira li kien wettaq fejn mill-Parroċċa tax-Xagħra kienu jiġu ordnati l-akbar ammont ta’ saċerdoti f’Għawdex.
Iżda l-istess eks Arċipriet kien twaqqaf milli jaqdi d-dmirijiet tiegħu ta’ qassis u anke ma setax jamministra l-ebda sagrament. Kien fl-2001 meta rapporti fil-midja kienu allegaw li Dun Kerist kien abbuża minn abbati meta hu kien Arċipriet.
Il-gazzetta kienet irrappurtat li huwa kien projbit b’mod permanenti wara li għadda minn proċeduri quddiem il-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi fil-Vatikan.
Il-Kardinal Mario Grech, dakinhar Isqof ta’ Għawdex kien irrefera l-każ tiegħu lill-Vatikan wara li kien tħejja rapport mill-Kummissjoni għall-Ħarsien tat-Tfal u Adulti Vulnerabbli.
Minkejja dan, Dun Kerist jibqa’ wieħed mill-aktar saċerdoti maħbubin li qatt kien hemm fix-Xagħra u grazzi għalih kienet saret ħdima kbira fost iż-żgħażagħ, koppji żgħar u anke anzjani.