Saturday, December 28, 2024

Imut goalkeeper kawża tat-terremot fit-Turkija

Aqra wkoll

Il-club Tork tat-Tieni Diviżjoni Torka,  Yeni Matalyaspor, ħabbar li l-goalkeeper, Ahmet Eyup Turkaslan, miet fl-età ta’ 28 sena wara li l-pajjiż intlaqat minn terremot ta’ qawwa ta’ 7.8 fuq l-iskala richter.

It-Turkija u s-Sirja t-tnejn intlaqtu minn terremoti devastanti nhar il-Ħadd bil-lejl, b’villaġġi sħaħ jiġu meqruda waqt li l-popolazzjoni kienet rieqda. 

Turkaslan kien irrappurtat nieqes nhar it-Tnejn, u l-club issa kkonferma din l-aħbar kerha.

Fi stqarrija l-club qal: “Il-goalkeeper tagħna, Ahmet Eyup Turkaslan, tilef ħajtu wara li nstab taħt il-kollass tat-terremot. Strieħ fis-sliem.”

Ekonomija

Sport