Tuesday, May 14, 2024

Basketball: LeBron James isir l-aqwa skorer ta’ kull żmien tal-NBA

Aqra wkoll

Il-player tal-basketball ta’ Lakers, LeBron James, sar l-aqwa skorer ta’ kull żmien tal-NBA,meta qabeż ir-rekord ta’ 34 sena li kien ilu jitgawda minn Kareem Abdul-Jabbar, waqt wirja mill-aqwa kontra l-Oklahoma City Thunder, f’Los Angeles.

Il-partitarji ħallsu eluf ta’ dollari biex ikunu xhieda hekk kif inkitbet storja ġdid f’din il-logħba tant popolari. Bla dubju, ħadd ma ħareġ diżappuntat minħabba li James paxxa lill-ispettaturi kollha bil-potenzjali straordinarju tiegħu. 

Preżenti għal din il-logħba kien hemm ukol Abdul-Jabbar innifsu u wara l-logħba kkongratula lil James għal din il-kisba. 

James beda l-logħba kontra OKC konxju mill-fatt li kellu bżonn 36 punt biex jaqbeż ir-rekord ta’ 38,387 – li kien stabbilit minn Abdul-Jabbar fl-1989.

F’kumment li ta, James qal li: “Qatt ma kont noħlom li xi darba nkun l-aqwa skorer ta’ kull żmien. Huwa mument tal-ġenn. Nirringrazzja lil dawk il-players kollha li lgħabt magħhom waqt dan il-vjaġġ.” 

Fil-karriera tiegħu huwa rebħa erba’ darbiet il-kampjonat tal-MBA u sar ukoll l-ewwel player fl-istorja tal-NBA li daħħal $1 biljun fi qligħ bħala player attiv.

Sport