Monday, December 23, 2024

Imut il-100 tabib Taljan kaġun tal-coronavirus; F’24 siegħa saħansitra jmutu erbgħa

Aqra wkoll

Uħud mit-tobba kienu rtirati u rritornaw lura għax-xogħol tul il-pandemija

In-numru ta’ tobba fl-Italja li mietu kaġun tal-coronavirus issa laħaq il-100 vittma. Dan hekk kif matul il-ġurnata tal-bieraħ l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li kienu mietu erba’ tobba oħrajn.

Il-Federazzjoni Taljana għat-Tobba (FNOMCEO) qalet li ċ-ċifra tal-vittmi saħansitra jista’ jkun li tkompli tiela’ fis-sigħat li ġejjin.

Rapporti li qed jidhru fil-midja Taljana qed jistmaw li mat-30 infermier u assistenti infermiera wkoll mietu kaġun tal-Covid-19.

Fost il-vittmi jidher li hemm numru ta’ tobba rtirati li rritornaw lura għax-xogħol tul il-pandemija.

Dawn kienu fost it-8,000 staff mediku li x-xahar li għadda vvolontarjaw biex jagħmlu parti mit-task force ta’ emerġenza biex il-pajjiż jilqa’ kontra l-imxija tal-coronavirus.

Il-midja Taljana qed tirrapporta li l-biċċa l-kbira tal-vittmi jaħdmu fi sptarijiet fil-Lombardia, ir-reġjun fiċ-ċentru tal-imxija tal-coronavirus fl-Italja.

L-awtoritajiet tas-saħħa Taljani qed jistmaw li b’kollox 13,121 ħaddiem tas-saħħa ġew infettati bil-coronavirus.

John Hopkins University

Ekonomija

Sport